Fuq il-paġna Għal Jean Paul, Isabelle qasmet ritratt bir-rapport tal-inkjesta pubblika f'idejha fejn kitbet, "Flimkien wasalna minkejja l-isfidi kbar. M'għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzja lil kulħadd tas-sapport enormi li dejjem kelli."

Hi tkompli, "Issa llejla se nkun insegwi d-dibattitu fil-parlament. Jien determinata li mill-paroli nimxu għal fatti. Xbajt nisma', issa irrid nara! Dan ir-rapport li tant ħdimna għalih mhux se nippermetti li jitħalla fuq xi xkaffa."

Isabelle tkompli, "Jiena ma rridx li l-għażiż ibni Jean Paul jkun miet għalxejn u lanqas irrid li jintilef xi għażiż ieħor għax is-sistema ħażina li hemm fis-settur mhux tiġi indirizzata! Grazzi! Grazzi u grazzi. Nibgħat tgħanniqa f'isem ibni u l-vittmi kollha tal-kostruzzjoni."

Facebook / Għal Jean Paul


Emil Calleja Bayliss