F’din l-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Veterinarji tajjeb li wieħed ifaħħar id-dedikazzjoni u l-ħidma kbira tal-veterinarji kollha f’Malta u Għawdex. Il-ħidma kontwinwa mal-annimali, li toffri kura, imħabba u appoġġ kemm lill-annimali domestiċi kif ukoll lil annimali eżotiċi. Il-veterinarji mhux biss isalvaw il-ħajja ta’ annimali, imma wkoll jagħtu kontribut kbir għall-konservazzjoni tan-natura u għas-saħħa pubblika. Il-passjoni u l-professjonalità tagħhom huma ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. Grazzi mill-qalb lil kull veterinarju li jaħdem b’imħabba, dedikazzjoni u rispett lejn kull forma ta’ ħajja. Il-ħidma tagħkom tagħmel differenza reali fid-dinja tagħna.
"Mill-paġna ta' Xrobb L-Għaġin Nature Park and Wildlife Rehab Centre jfakkru li llum huwa l-Jum Dinji tal-Veterinarji u joffru r-ringrazzjament tagħhom lill-veterinarji ta' tant dedikazzjoni li jassistuwhom bl-għajnuna imprezzabli tagħhom."
“Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Veterinarji, nirringrazzjaw lit-tliet veterinarji volontarji meraviljużi tagħna f’Malta –
Dr. Antony Grupetta ta’ St. Simon's Vet Clinic, Mosta,
Dr. Victoria Bondin ta’ Vets and Pets Clinic, Naxxar u Għawdex,
u Dr. Pierre Camilleri ta’ The Animal Doctor Clinic, Għawdex.
L-appoġġ sabiħ tagħhom lil Nature Trust – FEE Malta kien kruċjali biex kull sena jiġu salvati ħafna annimali selvaġġi midruba.
Grazzi mill-qalb!”
Grazzi tad-dedikazzjoni kontwina lill-veterinarji flimkien mal-infermiera kollha tal-annimalii!