Kważi terz tal-Amerikani qed jorqdu inqas minn sitt sigħat kull lejl. Meta wieħed iqis in-numru rakkomandat ta' sigħat ta' rqad li għandna nieħdu kull lejl huwa ta' tmien sigħat, dan ifisser li hemm deprivazzjoni serja ta' rqad għal persentaġġ pjuttost kbir ta' nies.

Filwaqt li ħadd ma jgħid li hu l-fundatur tal-Jum Nazzjonali tal-irqad fil-pubbliku, kien min kien, jidher li ra numru ta' nies Amerikani reqdin fil-pubbliku, li ħassew li lkoll għandu bżonn ikun hemm ġurnata waħda biss iddedikata għal dan!

Għalhekk jekk għandek bżonn tagħlaq ftit għajnejk llum, anki waqt li tkun fil-pubbliku, huwa totalment aċċettabbli. Iva, jekk tħoss li għandek bżonn tongħos fuq xi bank tal-park jew ħdejn xi bajja, ħadd m'għandu jaħseb ħażin u jiġġudikak.


Emil Calleja Bayliss