Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The People of Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Matthew fejn għadda opinjoni, fejn fil-kummenti bosta min-nies qablu, u ħafna oħrajn ma qablux.
Hu qal, “F’Malta tinduna minn huma n-nies tan-North u n-nies tas-South. Tinduna mill-ilbies, mill-kliem, mill-Ingliżati… Il-kultura hi differenti. Hekk konna, hekk għadna u hekk se nibqgħu. M'iniex ngħid li ta’ naħa tajjeb u ta’ naħa ħażin. Ħadd mhu ħażin. Imma iva, għalija differenti.”
Kompla billi żied jgħid, “Hawn fis-South pereżempju prezzijiet huma irħas u aħna tas-South nafu nieħdu pjaċir iżjed bl-affarijiet żgħar, bix-xejn. Jiena kburi li Malti għax l-istorja nħobbha u lilna l-Maltin ħadd ma rebħilna! Midja soċjali ma għandix. Wisq tad-dwejjaq. Ma jinteressanix li nkun naf fuq il-ħajja ta’ ħaddieħor.”
Qal ukoll, “Lili kulħadd jafni li dejjem niċċajta, minn filgħodu sa filgħaxija. Aħjar tiċċajta milli tkun supperv. Ma ninkwetax. Avolja kelli fuq xiex ninkwieta. Iktar ma tkun relaxed, iktar tkun fil-paċi u trankwill. Prova ħu l-ħajja bin-nejk – prova u tgħix aħjar!”