Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Haley. Lil Haley kellna x-xorti li narawha f'żewġ edizzjonijiet ta' Mużika Mużika u tal-Malta Eurovision, kif ukoll fil-festival l-Għanja tal-Poplu. Illum hi tiċċelebra għeluq sninha.
L-għażiża ommha Lucienne tiktbilha, "Awguri f’għeluq sninek, għażiża Haley! 21 sena ta’ ferħ u mħabba li ġibt miegħek, għażiża tiegħi. Filli tarbija ċkejkna u issa tfajla grazzjuża! Haley, ibqa’ għix il-ħolm tiegħek u qatt ma taqtax qalbek!"
Hi ttemm tgħidilha, "Taf li jien dejjem spalla għalik. Inħobbok u dejjem kburija bik." F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ Nawguralha sena mimlija suċċess, saħħa u kuntentizza.
Awguri Haley!
Facebook / Geoffrey Azzopardi