Magħrufa fuq instagram bħala mytrio123; familja ħelwa bi bloggers ċkejknin; Zyas, Paris u Eiva Joi. Spiss narawhom b'ritratti kkuluriti waqt esperjenzi ta' kuljum u oħrajn differenti speċjalment barra minn xtutna. Iħobbu l-moda u jħobbu l-ħajja! Iżda għall-karnival ippreżentawlna kostum ilkoll flimkien, dak ta' Superheroes!

Ritratt: Instagram/ mytrio123

Xi ħlew u x'oriġinalità! Iżjed milli għax oriġinali l-kostum, sabiħa u ħelwa li l-familja sħiħa tagħmel attività flimkien. Kemm hu sabiħ li jkun hemm mumenti li fihom naqsmu l-istess ferħ bejnietna u bejn il-membri tal-familji tagħna; huma min huma u huma kif inhuma! Gawdu l-karnival mytrio123! Prosit tassew!

Ritratt: Instagram/ mytrio12


Clifford Galea