Kif nafu, sfortunatament Enrica, bint din il-koppja, tilfet il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta’ 13-il sena. U lbieraħ ingħatatilha l-aħħar tislima.

Minkejja dan iż-żmien id-diffiċli li għaddejjin minnu wara t-telfa ta’ binthom, xorta kienu preżenti waqt il-Maratona ta’ Puttinu Cares. Huma tkellmu dwar l-istorja ta’ binthom u ppreżentaw donazzjoni mill-isbaħ lil Puttinu Cares.

Il-flus li nġabru lbieraħ, waqt il-funeral ta’ Enrica kollha marru b’risq Puttinu Cares. Is-somma ammontat għal €10,000! X’somma sabiħa! Kemm hu ġeneruż il-poplu Malti! Puttinu Cares irringrazzja mill-qalb lill-pubbliku kollu li ta sehmu biex tinġabar din id-donazzjoni sabiħa!

F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġenituri ta’ Enrica talli minkejja t-tbatija, xorta waħda kienu preżenti f’din il-Maratona b’għan nobbli. Nammiraw il-kuraġġ li għandhom!

Apparti minn hekk, inħeġġukom sabiex tagħtu d-donazzjoni tagħkom, jekk għadkom ma tajtux. Kull donazzjoni tagħmel differenza! Grazzi Puttinu Cares tax-xogħol siewi li tagħmlu!

Facebook / Puttinu Cares


Yasmin Camilleri