It-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser tirritorna f’Marzu li ġej u s-sottomissjonijiet dieħlin ġmielhom. Mhux talli hekk, talli d-data tal-għeluq hija daqt magħna.

Ritratt: Kurt Mizzi

L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival prestiġjuż kienet iltlaqgħet tajjeb ħafna kemm mill-artisti lokali kif ukoll mill-udjenza li segwiet bil-ħerqa minn fuq it-televiżjoni. Fuq medda ta’ tlett ijiem, 20 artist taw spettaklu fenomenali li juri s-sbuħija tal-lingwa Maltija. Żgur li wara dan il-festival sirna napprezzaw aktar il-lingwa tagħna.

Ritratt: Kurt Mizzi

Mużika Mużika mhux biss sab postu fil-kalendarju kulturali Malti iżda l-pakkett sħiħ jinkludi esperjenza unika, premju ta’ €20,000 u vidjow mużikali professjonali għall-kanzunetta rebbieħa. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet ta’ Mużika Mużika issa qed toqrob. Int applikajt? Jekk le, x’qed tistenna?

Ritratt: Elisa von Brockdorf

Is-sottomissjonijiet online jagħlqu fil-15 t’Ottubru, filwaqt li min jixtieq jissottometti l-applikazzjoni bl-idejn jista’ jagħmel dan bejn it-13 u l-15 t’Ottubru fl-uffiċini ta’ Festivals Malta fil-Furjana.

Aktar informazzjoni fuq www.muzikamuzika.mt

Darin Zammit Lupi


Gwida.mt