Elizabeth taqsam l-opinjoni tagħha dwar kif saret tgħix u tipprova ma tħallix l-opinjonijiet tan-nies ikollhom effett fuqha. Elizabeth mal-paġna popolari The People of Malta tgħid, "F'Malta jekk tkun prostituta se jgħidu fuqek u jekk tkun soru se jgħidu wkoll. Tagħmel x'tagħmel, in-nies xorta li trid tgħid. B’hekk sirt ma nagħtix kas x'jgħidu n-nies."

Hi żżid, "Peress li għaddejt minn żmien ta' dipressjoni, kull ilma tibqa' taħsbu misħun. Tgħallimt ma nagħtix kas u nilbes kif inħossni komda u nilbes x'jogħġobni. Id-dehra għalija hija importanti u nadatta l-ilbies tiegħi skont fejn sejra. Jiena naqra avventuruża fl-istil kif nilbes."

Żgur li ħafna għandhom bżonn jibdew jaħsbuha bħal Elizabeth! Wieħed jista' jgħix ħajja ħafna aħjar kieku jaħseb bħalha. X'taħsbu intom?


Emil Calleja Bayliss