Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ġmiel il-Pinna Maltija qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward ritratt li mess il-qlub ta’ bosta min-nies.

Huma qalu, “Fost il-ħafna ritratti u filmati li rajna matul din l-aħħar ġimgħa fuq il-midja soċjali, din hija l-aktar immaġini sabiħa, li laqtitni u missitli lil qalbi b'mod profond. L-espressjoni ta’ dwejjaq sinċier fuq wiċċ il-ħabiba kbira li kellu Papa Franġisku. Persuna li se tħoss verament in-nuqqas ta’ Francesco — il-gwida tiegħu, id-daqqa t’għajn imħeġġa tiegħu, id-dawl li hu kien jagħti f’nofs tant miżerja umana.”

Żiedu jgħidu, “Ritratt li fakkarni kemm huma rari u prezzjużi l-ħbiberiji veri — dawk mibnija fuq fiduċja, ġentilezza u fehim profond. Li kemm hu sabiħ li tibqa' hemm sal-aħħar għal xi ħadd.”

Qalu wkoll, “U l-fatt li ħafna mid-drabi tkun mingħalik bnejt ħbiberija sinċiera, u ssib li ma kien hemm xejn ħlief li rawk biss bħala vantaġġ, inikkitni. Jew għax ħbiberiji u konnessjonijiet oħrajn sbieħ jintilfu jew jitħassru tul il-mixja tal-ħajja.”

Facebook/Paddy Byrne


Charlton Cefai