Tiftakruha lit-tabiba Rose (Lara Azzopardi)? In-nanna Karla (Veronica Farrugia) u n-Nannu Ninu (Paul Caruana)? Kull nhar ta' Tlieta kulħadd kien ikun imwaħħal mas-sett tat-televiżjoni u jistenna liċ-Ċaqqufa jibda. Fl-2013 rajna l-ewwel episodju taċ-Ċaqqufa minn hemm sploda fil-popolarità u kien jikklassifika bħala l-aktar drama segwita ta' dak iż-żmien!

Iċ-ċaqquffa kienu għamlu 3 staġuni tiegħu u kien spiċċa fl-2016. Iżda kienu wiegħdu li ser ikompli fl-2022! Minn tagħrif li kiseb Gwida.mt, jidher li ċ-Ċaqqufa ser ikompli tassew! Bħalissa qed jinkitbu x-xeni. Mhux magħruf fuq liema stazzjon ser jixxandru u meta ser jibdew. Imma nwiegħdukom li aħna ser inkunu minn tal-ewwel li ngħidulkom.

Pierre Portelli, l-awtur u l-producer ta' din id-drama jikkonferma magħna li diġa beda jikteb ir-raba' sensiela ta' din id-drama. Staqsejnieh jekk hux ser ikompli 2022 u qalilna... "Ma jfissirx li se jkun on air 2022. Dik hi d-data meta seħħet l-aħħar xena li dehret. Dak li wassal għaliha seħħ qabel u ma niddejjaq xejn li l-istorja se tkompli fil-futur sa 2030. Bhalma immorru lura bil-flashbacks ma narax għaliex ma nistawx nagħmlu flashforward".

Għal min ma jiftakarx l-istorja! L-istorja iddur fuq Rose, mara li ma taqta' qalbha minn xejn! L-unika darba li beżgħet kienet meta weldet l-ewwel tarbija tagħha Michael. Fl-ewwel episodju kienet qalet, "Qatt ma bżajt mill-ebda sitwazzjoni li sibt ruħi fiha, imma li nwelled ma kontx preparata għaliha". It-tifel tagħha Michael ġie wara li Rose ġiet stuprata minn ħu r-raġel tagħha. Lil Michael dejjem rabbietu b'għożża, iżda x-xogħol u l-politika kienu rikbuha! Rose kienet tħalli lil Michael man-nanna Karla. Mara li ma kinitx taf turi imħabba, dixxiplinata u ta stoffa. Fl-ewwel episodju rajna wkoll it-twelid ta' Rose fejn in-nanna Karla ma kienet kuntenta xejn biha! 

"Twieldet Ċaqqufa" hekk kienet issejħilha. Ċaqqufa hija tifla fost is-subien, tifla li skont Karla ħasritilha il-pjanijiet tagħha. In-nanna Karla riedet tifel. 

L-istorja kienet għalqet b'dan il-mod. In-nanna Karla kienet ħallietna u Rose iżżewġet lis-Sur Alex Mamo (Davide Tucci) bla ħsieb. It-tifel ta' Rose, Michael kien mar jistudja barra u Rose minħabba kwistjoni ma setgħetx tmur tarah. Fis-sena 2022 Rose tidher b'tarbija. Imma din hija tagħha jew tat-tifel tagħha Michael? Liema tarbija Michael ma jieħu pjaċir xejn biha! Iżda xi ġralu Michael u għaliex qiegħed fi sptar tal-moħħ? Ara kif spiċċa... 

Advert ends in 0 seconds

Ħerqan biex iċ-Ċaqquffa jkompli? Tgħid l-istorja ser tirrepeti ruħha? 


Anthony Baldacchino