Ta’ 17-il sena biss, id-DJ lokali Denzel Jo Armani kiseb suċċess ieħor fl-industrija tal-mużika wara li ffirma erba' record deals minn madwar erba’ kontinenti fi żmien ġimgħa.

May be a black-and-white image of 1 person and crowd

Ritratt: Denzel Jo Armani

Il-ħoss u l-istil mużikali tiegħu huma uniċi, u ilhom għal dawn l-aħħar snin jispikkaw fix-xena lokali. Il-mużika tiegħu kienet għadha u jidher li ser tibqa' tolqot il-gosti tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

INFINITY hi waħda mill-kanzunetti taħt ir-record label Ingliża Almighty1 Music, li DJ Denzel ser ikun qed iniedi flimkien mal-kantant lokali Drakard. Mar-record label mill-Arġentina, Deep Argentina, ser ikun qed iniedi l-kanzunetta What is Wrong? I Keep Thinking!

Mar-record label Brażiljana Slycr Records, DJ Denzel ser ikun qed iniedi l-kanzunetta Love Me Now, kanzunetta li żgur ħa tinżel tajjeb mal-ġenerazzjoni tal-Pop.

Apparti minn hekk il-kanzunetta li kien nieda flimkien ma' Kevin Paul Calleja lura fl-2022, One More Night, ser tikseb postha taħt record label Belġjana.

Prosit kbira lil dan l-artist żagħżugħ li diġà qed juri biċ-ċar fejn kapaċi jasal fil-karriera mużikali tiegħu! Awguri għal aktar suċċessi DJ Denzel!

Facebook/ Denzel Jo Armani


Kyle Zarb