"Niġi kkritikata dwar il-libsa, dwar il-parrokka u dwar il-make-up. Emmnuni mhux daqshekk faċli daqskemm taħseb li tqatta' ġurnata mit-8 ta' filgħodu f'kamra tistenna l-audition tiegħek meta tiegħi kienet fis-6.30 ta' flgħaxija."

Electra Shock tgħid li impossibli li wara dak il-ħin kollu tibqa' tidher perfetta, hi tkompli tgħid: "OK forsi ma nafx kif nagħmel make up perfett, imma jekk ma tippruvax qatt ma titgħallem... hija ta' xokk enormi li qed niġi kkritikata mill-attivisti fil-komunità"

Jidher li Electra Shock ġiet ikkumparata bħala drag queen ma' dawk tal-programm popolari RuPaul's Drag Race Queens, "li tikkumpara l-irġejjen tad-drag Maltin... hija biss ċajta, wara kollox X Factor hija biss kompetizzjoni tal-kantanti u mhux Drag Race jew Beauty Pageant."

Electra tistqarr li tixtieq li s-sena d-dieħla jkun hemm drag queens professjonali f'din il-kompetizzjoni fejn wieħed irrid ikanta live u mhux mal-vuċi rrekordjata. Electra tagħlaq billi tgħid li tinsab kburija b'dak li għamlet u tħoss li dejjem qed tissaħaħ, għax dak li ma joqtolx isemmen.

Minn qiegħ qalba tagħlaq billi tirringrazzja l-mijiet ta' segwaċi tagħha! Filwaqt li tinki dwar il-possibiltà li tirritorna.


Emil Calleja Bayliss