Il-paġna Malta, News, Photos & People qasmet storja li seħħet ilbieraħ. Huma qasmu rakkont ta' omm li spiċċat msawta minn raġel Malti u sabet is-sapport ta' tliet Afrikani. L-omm Michelle permezz tal-paġna tikteb, "Jiena ġejt imsawta minn raġel Malti età ta 55 bejn 60 sena, b'daqqa ta' knockout ġo wiċċi fit-triq fejn noqgħod jiena l-Marsa. Tafu għaliex? Għax ibni Diego għandu l-awtiżmu, u dak il-ħin li ġie mill-iskola bil-kowċ, Diego ried il-ħelu u jiena għidtlu dalwaqt nixtrilek imma Diego ma jafx jistenna minħabba l-kundizzjoni li għandu u bdew jagħtuh it-tantruns."

Hi żżid, "Dak il-ħin li bdew jagħtuh it-tantrums Diego laqat lil dan ir-raġel, u dan ir-raġel imbuttta lil Ibni. Offendha lil ommu, li niġi jiena u jiena staqsejtu għaliex kellem ħażin lil ibni? Ibni għandu l-awtiżmu u ma tax kasi, erġajt għidtlu u dar lura u mhux talli qalli skużani talli tani knockout f'wiċċi li minn fuq il-bakina waqqgħani fl-art. Baqa' jagħtini u kif it-tfal tiegħi raw dik ix-xena telqu jiġri u jibku għax beżgħu. Imnalla kien hemm tliet barranin mill-Afrika li qabżu għalija għax kieku illum jiena mejta!!! Però jekk qed taqra dan il-messaġġ u taf li inti sinjur, ħa ssir ġustizzja miegħi!"


Emil Calleja Bayliss