Kien bħal-lum 30 ta' April 1994 meta l-kantanti lokali  Moira Stafrace u l-mibki Chris Scicluna rrappreżentaw lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta More Than Love. Dik is-sena kien sar f'Point Theatre ġewwa Dublin, L-Irlanda.

Huma kisbu l-ħames post b'total ta' 97 punt. Moira ftakret f'dan il-mument speċjali tagħha u tal-għażiż Chris u kitbet kelmtejn.

"Eżatt bħal-lum 30 ta' April 1994... 30 sena ilu... 'Chris u Moira kienu Dublin ikantaw More Than Love fil-Eurovision... Klassifikaw fil-5 post...' Niftakru fik Chris. Grazzi tal-imħabba u l-appoġġ tagħkom," kitbet Moira. 

Għal dejjem f'qalbna Chris. Kuraġġ dejjem Moira. Din il-kanzunetta tibqa' mnaqqxa fl-istorja tal-mużika Maltija!


Kyle Zarb