Miggy, DJ u producer Malti ta’ 20 sena u hu meqjus bħala wieħed mill- l-aktar talenti promettenti fix-xena mużikali lokali.

L-imħabba u passjoni għall-mużika kienet tispikka minn età żgħira ħafna. Il-karriera tiegħu bdiet meta kien jorganizza hu stess l-avvenimenti għall-adoloxxenti minn età żgħira.

Miggy dejjem jara kif l-udjenzi tiegħu tiddeverti u tieħu gost tisma' l-istil ta’ mużika dance kummerċjali u elettronika li joħloq. Dan apparti l-arranġamenti mużikali (mashups) uniċi li jipproduċi.

Matul is-snin żviluppa f'isem magħruf fil-lista ta’ DJ’s lokali. Ta prestazzjonijiet fl-aqwa klabbs u postijiet ta' divertiment f'Malta
fosthom Tigullio, Havana Club, Gianpula Village, Bora Bora Ibiza Malta, Café Del Mar u sar ukoll DJ residenti ta’ avvenimenti li saru fi
Club H, Shadow Club u Avvenimenti tal-G7.

Riċentement ġie offrut l-opportunità li jieħu sehem bħala wieħed mill-artisti ewlenin ġo festival fi Frankfurt il-Ġermanja msejjaħ World Club Dome.

Minn qalbna nawgurawlu kull suċċess!


Kyle Zarb