Fuq TikTok naraw verjeta ta’ sfidi differenti u mhux l-ewwel darba li nipprovaw xi ftit minnhom.

Nate, Frank u Valentina ddeċidew li jippruvaw din l-isfida fejn suppost b’dan il-metodu meta tifqa’ bajda tinfqagħalek perfetta. Pero Frank jidher li ma kellux bajd id-dar u għalhekk iddeċieda li jippruva din l-isfida live fuq il-programm tar-radju Nate, ‘Frank & Rossi’. Għalkemm it-taġen ġabu miegħu xorta nesa l-bajda u kellha ġġibielu Valentina.

Din l-isfida ma tantx irnexxietlu l-Frank u jidher li l-aħjar li mar bejniethom it-tlieta kien Nate. Lil Frank mhux talli ma rnexxietlux l-isfida imma talli ċappas il-qalziet li għadu kemm xtara riċenti.


Henzley  Bezzina