Maria La Barokka Muscat tfakkar preżentatriċi u attriċi li konna narawha fuq it-televiżjoni ta' spiss. Illum iritirata u ilna xi ftit ma nisimgħuha jew naraw iżda għal snin twal min jaf kemm żammet kumpanija lil nies differenti.
Maria tgħid, "Illum irrid infakkar lil Josephine Zammit Cordina li għadha mimlija bl-għomor. Din ix-xandara veterana u attriċi ta' Xandir Malta, għamlet tant xogħol, programmi, teatru u ħadmet ukoll f'diversi serje televiżivi. Niftakru l-iktar il-programm mal-emigranti Maltin fl-Awstralja Waltzing Matilda. Infakkarha u nonoraha minn qalbi. Mara li għandha ħafna mħabba. Kull meta kont naraha hawn fuq il-post tax-xogħol, ħlief ħlewwa ma kinitx turi. Insellimlek Josephine."
Grazzi Josephine tax-xogħol tiegħek tul is-snin. Żgur li ħafna Maltin jibqgħu jiftakruk għall-programm Waltzing Matilda, li tagħna lkoll togħma tal-ħajja tal-Maltin ġewwa l-Awstralja.