Il-gradwati għadhom jiċċelebraw u lbieraħ kien imiss lill-kantanta li ġimgħatejn ilu waqt X Factor għaddiet għall-fażi li jmiss Karin Duff! 

Karin gradwat fil-Bachelor Of Science in Midwifery. Għadna niftakruha tgħid qabel l-audition li kellha fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor li baqalha sena biex tlesti l-kors u hekk hu..il-ġurnata speċjali waslitilha wkoll!

F’storja li tefgħet fil-profil tal-Instagram Karin tirringrazzja lil kulħadd tal-messaġġi li bagħatu u tieħu l-okkażjoni biex turi l-apprezzament tagħha. 

Fl-istess filmat Karin tgħid li kellha gig tal-kant dik il-lejla stess avolja vera diffiċli wara li kienet għadha kemm ġejja minn ġurnata ta’ storbju u ċelebrazzjoni. X’kuraġġ hux! 

View this post on Instagram

A post shared by K a r i n D u f f M u s i c (@karinduff) on

Gwida.mt tkellem ma' Karin u ħalliet messaġġ mill-isbaħ speċjalment għal dawk li għadhom għaddejjin bl-istudju tagħhom: Bħala messaġġ lil dawk li ser jigradwaw, nixtieq ngħid li importanti ħafna li ma jaqtgħux qalbhom. U ma jħallu lil ħadd jaqtalhom qalbhom. Kapaċi jaslu fejn iridu b'determinazzjoni. U importanti li kull ħaġa li tagħmel u tirċievi tagħmlek kuntent/a. B'hekk tasal żgur"

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil Karin għal dan li kisbet u nawgurawlha aktar suċċessi kemm fejn jidħol kant kif ukoll fil-karriera ġdida!

Facebook/Matthew Cutajar


Kyle Zarb