Aktar kmieni llum, Infrastructure Malta ħabbret li se jsiru xogħlijiet t’emerġenza fi Triq Il-Wied tal-Imsida. “Dawn ix-xogħlijiet jinvolvu żbir fuq is-siġar eżistenti għas-sigurta’ tar-residenti, persuni li jivvjaġġaw bil-mixi u s-sewwieqa” qalet il-paġna uffiċċjali tagħhom. Din it-triq se tkun magħluqa bejn illum, u l-Ħadd 10 ta’ Marzu mid-9p.m sal-5a.m. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont dikjarazzjoni ta’ metodu approvat u maqbul bejn l-awtoritajiet regolatorji, wara diskussjonijiet ma’ diversi entitajiet, kunsilli lokali, residenti tal-madwar u oħrajn.

 Infrastructure Malta qed titlob lis-sewwieqa biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel, u jużaw ir-rotta alternattiva minn Triq Fleur De Lys jew Triq Dun Karm (il-bypass ta’ Birkirkara), filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd bil-quddiem tal-koperazzjoni.

Facebook / Infrastructure Malta


Nicole Zammit