Desier Debono, kif ħafna jafu hu l-moħħ wara s-sensiela Iż-Żagħka imma li ħafna ma jafux hu li Desier kważi waqaf għal kollox minn din ix-xena. Desier stqarr magħna li kien kważi spiċċa f'dipressjoni u kien tilef l-interess kollu biex jerġa' jaħdem f'din l-industrija. 

Ritratt: Facebook / Desier Debono

Aħna tkellimna ma' Desier biex insiru nafu ftit dwar dan! Qalilna: “L-ewwel darba li ċempluli minn NET irrifjutajt li naħdem... imma mbagħad wara tant fiduċja u kuraġġ iddeċidejt li nidħol għaliha b’ruħi u b’ġismi." Minn hemm ħarġet is-sensiela li għadha kif bdiet fuq NET TV, Iż-Żagħka li fiha qed naraw bosta atturi stabbiliti. 

"Kont se nwaqqaf il-karriera televiżiva", hekk kompla jgħidilna Desier. meta staqsejnieh għala qalilna: "Tlift il-fiduċja fija nnifsi u f’dak kollu li kont naf nagħmel." Il-mistoqsija tiġi weħdiha, sab xi għajnuna biex reġa' sab il-fiduċja li kien tilef! 

Ritratt: Facebook / Melanie-Jo Mangani

"Melanie, għenitni ħafna negħleb dan iż-żmien u bis-sehem tagħha wkoll, grazzi għal NET TELEVISION issa qed inwasslulkom Iż-Żagħka”. Kont irrid nikteb u ma nistax, moħħi żvojta. Bdejt ninsa min huma l-atturi li tant ħdimt u naħdem għal qalbi magħhom. Baqgħu fiduċjużi u stennewni nirpilja biex nerġgħu nibdew."

Hekk spiċċa jgħidilna Desier u grazzi għal dan illum il-ġurnata qed ingawdu s-sensiela Iż-Żagħka li tidher kull nhar ta' Tnejn fid-20:45. F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Desier aktar u aktar suċċess u nistennew b'ħerqa produzzjonijiet lokali mingħandu u t-tim kollu tiegħu. 

Facebook / Desier Debono


Emil Calleja Bayliss