Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li Fabrizio Faniello, oħtu Claudia u Owen Leuellen ser ikunu qed iniedu verżjoni kontemporanja tal-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs. Dan kollu fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju ta' DAR Bjorn, Żebbuġ.

"Claudia Faniello, dejjem kont nisma' kemm int persuna b'qalb tajba, kemm int mimlija ferħ u kemm tapprezza kollox. Naħseb karatteristika ħelwa tal-Faniellos. Bis-saħħa ta' dan il-proġett, sirt naf lil Claudia u nista' nikkonferma li din il-mara hija dik li taraw fuq it-television," jikteb Bjorn.

Claudia wkoll esprimiet il-ferħ u s-sodisfazzjoni tagħha li ser tkun qed taħdem flimkien ma' ħuha u ma' Owen għal dan il-proġett. 

"Mal-għeżież Bjorn Formosa u Maria kelli x-xorti nqatta' ġurnata mimlija daqs bajda. Żewġ min-nies illi sbieħ minn barra u ħafna iżjed minn ġewwa. Ħabrika, pożittivi u umli. Unur għalija li flimkien ma' Fabrizio u Owen Luellen ħa nniedu verżjoni kontemporanja ta' Sal-Aħħar Nifs."

Nhar is-Sibt 4 ta' Mejju fuq ONE fit-20:00 ser ikun hemm programm speċjali biex jiġi ċċelebrat l-ewwel anniversarju ta' DAR Bjorn, Żebbuġ.

Facebook/ Bjorn Formosa


Kyle Zarb