Jeanesse Abela tisħaq li minkejja li tinsab fuq siġġu tar-roti, madankollu dan ma jfissirx li mhijiex kapaċi tikteb il-messaġġi tagħha hi stess sabiex dawn tkun tista' taqsamhom fuq il-mezzi soċjali.

"Hemm bżonn li nqajmu iżjed kuxjenza dwar dan," tisħaq Jeanesse li żgur bosta jiftakruha tieħu sehem waqt is-serje DIVISION 7 u li regolarment ukoll isservi ta' ispirazzjoni għal bosta bil-messaġġi pożittivi tagħha.

Bosta kienu dawk li wrew solidarjetà ma' Jeanesse u awgurawlha għall-perseveranzà tagħha.

Prosit, Jeanesse!

Ritratti: Facebook / Jeanesse Abela


Cristian Tonna