Carmen Tanti, kantanta tal-Greenfields, ħalliet din id-dinja għall-ħajja ta’ dejjem fl-età ta’ 75 sena.

Bosta sellmu l-memorja tagħha fuq il-midja soċjali. Angela Colerio ddeskriviet lil Carmen bħala mara “simpatika, umli, u qalbek tajba. Grazzi ta' kemm ferraħt nies matul ħajtek.”

 Fuq nota iktar nostalġika, Clyde Puli kiteb fuq kemm kien iħobb ikanta d-diski tal-Greenfields meta kien għadu żgħir: “Kemm ferrhet nies fil-karriera taghha! Kemm kantajna mad-diski taghhom meta konna zghar!”

Il-paġna tal-Għanja tal-Poplu fuq Facebook ħabbret ilbieraħ li l-funeral ser isir illum fid-9:30 ta’ filgħodu fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera fid-9.30am.

It-tim ta’ Gwida.mt jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Carmen.


Nicole Zammit