Claire Agius Ordway magħrufa ma’ bosta għal preżentazzjoni tal-programm Ilsien In-Nisa fuq il-midja soċjali tellgħat riratt ħelu mar-raġel tagħha fl-għeluq l-għoxrin anniversarju mill-ġurnata tat-tieġ tal-koppja. Il-preżentattriċi bl-aktar mod sinċier tistqarr li ma kinitx l-isbaħ ġurnata f’ħajjithom għax tul dawn l-aħħar għoxrin sena kellhom ħafna ġranet isbaħ! Probabli sentiment li jixhdu numru ta’ koppji għax fil-ħajja jkun hemm esperjenzi li jagħtuk ferħ u sodisfazzjoni wisq akbar, filwaqt li esperjenzi negattivi li jiġu jgħinuk titgħallem minnhom u tikber.
Bħal kull koppja oħra, Claire tgħid li jiġġieldu, jiżbaljaw u jinkwetaw imma l-aktar ħaġa speċjali hi li miegħu tħossha komda. Din hi l-aktar ħaġa li tapprezza. Claire tirringrazja lir-raġel tagħha talli qatt u qatt ma jgħid le għall-ideat li toħlom bihom hi anzi jara kif jagħmel mill-aħjar biex jgħinha twettaq dan.
Ċertament li hu sabiħ li tara koppja bħal din li jgħixu ħajja mgħaġġla jinħabbu u jsibu l-appoġġ ta’ xulxin! Minn naħa ta’ Gwida.mt nifirħu lil koppja għal ħafna aktar snin feliċi flimkien. It-tim ta’ Gwida.mt ħa jibda jiċċelebra l-anniversarju ma’ din il-koppja!
Instagram / @claireagiusordway