Ivan Gaffiero, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, ilbieraħ ħabbar is-suċċess tal-kantanta ċkejkna Chiara Magrin li rebħet il-kompetizzjoni waqt it-30 Sena Anniversarju tas-Singer's Festival. Kompetizzjoni li kienet miftuħa għal diversi kantanti ta' kull età iżda kienet it-tifla ta' 10 snin li impressjonat bil-kbir u rebħet l-ikbar unur.

Ivan Gaffiero jikteb, "Kantanta ta' 10 snin mis-Swatar terbaħ il-Best of All Winner Singer 2024 waqt it-30 sena tas-Singer's Festival organizzat minn Gaffiero Productions. Il-kantanta hija Chiara Magrin. Fil-festival ħadu sehem 35 finalist bis-sehem ta' 58 kanzunetta. Awguri għal aktar suċċessi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Chiara kull suċċess għall-futur. Ninsabu ċerti li se nkunu qed nisimgħu aktar u aktar bis-suċċessi u l-vuċi tagħha.


Emil Calleja Bayliss