I'd Rather Go Blind ta' Etta James mhux kanzunetta faċli ferm u jrid ikollok ħafna gazz u kurraġġ ukoll biex tagħmel kanzunetta bħal dik, imma Celine daħlet għall-isfida u għamlet interpretazzjoni speċjali ta' din il-kanzunetta.

Il-ġurija kellhom kliem ta' tifħir għaliha u Ira qaltilha li dejjem tkun onesta meta tkanta. Jidher li Celine għandha futur sabiħ u l-fatt li bdejna naraw vera min hi Celine jawgura tajjeb ħafna għal kumplament tal-kompetizzjoni. 

Kurjużi biex naraw lil din il-kantanta tkompli tikber. 

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss