Irritorna d-dibattitu dwar il-lingwa Maltija u kif qed tintuża waqt il-programm televiżiv tal-Ħadd filgħaxija, MasterChef Malta. 

Filwaqt li l-ispettaklu huwa fil-maġġor parti bil-Malti (bħal kull programm ieħor fuq it-televiżjoni nazzjonali), bosta jilmentaw dwar kif il-kontestanti u l-judges jaqilbu għall-Ingliż ta' spiss. Waħda mill-agħar mumenti fejn kritikaw kien ilbieraħ fejn waqt l-episodju ssemmiet il-kelma "ma jiddrajjalekx"

Paġni bħal Il-Malti Madwarna qed jisħqu li hi inaċċettabbli kif lanqas kliem bażiku ma jintuża sew bil-Malti. Huma komplew bis-serje Il-Malti m'għadux il-lingwa tal-kċina, fejn diversi kliem fil-kċina wkoll qed jinbidel.

Paġni oħra bħal imbarazz_ta_kuljum, isostnu li, "L-uniċi nies li qed joqtlu l-lingwa Maltija huma dawk li jemmnu li l-Malti lest u m'hemmx x'iżżidlu." 

Taħseb li l-lingwa Maltija qed tmut bi kliem bħal dan, jew dan huwa l-mod kif tikber u tevolvi? Tista' terġa' ssegwi l-programm HAWN


Gwida.mt