Haley li kif qed tgħarfuha sew, kienet waħda mill-parteċipanti f'X Factor Malta fi grupp ta' 3 u waslet għas-'6 chair challenge', għadha kif ħarġet kanzunetta bl-isem ta' 'Bla Bolla u Bla Timbru' b'referenza għal ittra li kitbet lil nannuwha li nqatel brutalment u għalhekk, l-ittra żgur li ma tistax tasallu.

Nannuha kien ix-xufier tat-taxi Alfred Darmanin; wieħed mill-4 vittmi ta' omiċidji li saru f'temp ta' ftit ħin f'pajjiżna propju fit-18 ta' Frar tal-1988. Waqt il-qadi ta' dmirijietu għall-familja, ingħata daqqiet ta' sikkina biex joħdulu xi flus.

Ritratt: Xarabank.com.mt

30 sena wara, Halet kitbet din il-kanzunetta hi stess u nediet il-vidjo mużikali b'tislima lin-nannu tagħha. Waqt intervista ma' Xarabank, Hayley saħqet li għalkemm lin-nannu ma tiftakrux, taf li kien raġel ċajtier u ta' qalb kbira u minn dak li kellu, gawda miegħu kulħadd! Kuraġġ Hayley!

Żgur li n-nannu Alfred ser jipproteġik u jinsab kburi ħafna bik!

Ritratt: Hayley Azzopardi


Clifford Galea