Dalgħodu, il-preżentatriċi Stephanie Chircop fuq il-programm li tippreżenta filgħodu fuq NET FM qasmet esperjenza personali tagħha! Esperjenza li għaddiet minnha li tirrigwardja l-abort!

Stephanie tkellmet dwar kif kienet imġiegħla tagħmel abort, imma hi ma aċċettatx li tneħħi l-ħajja li kienet hemm ġewwa fiha u qalet le! Is-semmiegħa ta' NET FM dalgħodu bdew b'messaġġ favur il-ħajja.

Barra minn hekk, b'messaġġ pożittiv li Stephanie ma aċċettatx li tagħmel dak li riedha tagħmel ħaddieħor imma kienet b'saħħitha biżżejjed li tkun assertiva u tiddeċiedi hi! Prosit mill-qalb Stephanie!

Facebook / Stephanie Chircop


Emil Calleja Bayliss