Dawk li jkunu jridu jattendu quddies ħafna drabi jispiċċaw f'xi knisja jew kappella fil-viċinanzi tagħhom iżda fis-sajf viċin il-bajja ta' San Tumas f'Marsakala ssir quddies barra.

Quddies li għaliha jattendu għexirien ta' nies. Uħud minnhom saħanistra jġibu xi banketta jew siġġu magħhom, filwaqt li oħrajn jinxeħtu bilqiegħda fuq iċ-ċint viċin ta' fejn issir il-quddies.

Viċin il-bajja ta' San Tumas, hemm diversi villeġġaturi u jidher li l-idea bdiet proprju minħabba l-fatt li m'hemmx knisja jew kappella fil-viċinanzi allura bdiet tittella' quddies kull nhar ta' Sibt.

Ngħiduha kif inhi, idea tajba mmens. Flok in-nies imorru l-knisja għall-quddies, tista' tgħid li l-quddies qed tmur għand in-nies. L-attendenza numeruża li jkun hemm ġimgħa wara ġimgħa hija żgur xhieda li din hi ta' suċċess.

Tafu b'aktar postijiet li ssir quddies fuq barra? Ħallulna l-kummenti tagħkom fuq il-paġna tagħna.


Gwida.mt