Il-paġna It-Temp Madwarna ftit sigħat ilu kitbet dwar it-tbassir tax-xita li ser ikollna fil-gżejjer Maltin, kif fil-fatt kellna. It-tim jikteb kif għal darb'oħra għandna dak it-temp xitwi li kulħadd ikun qed jistenna.

"Xita fejjieda għar-raba’ u l-ambjent rurali ta’ pajjiżna. Nofs il-medja ta’ xita għal Frar fi ftit sigħat (sa 38 millimetru f’xi nħawi lejn il-Lbiċ ta’ Malta)," jispjega t-tim ta' It-Temp Madwarna. Apparti minn hekk xerrdu filmat li oriġinarjament ippubblikat il-paġna Maltese Island Weather, fejn tidher żona f'Malta mimlija ħajja bil-widien għaddejjin ġmielhom.

"Wara sena ta' stennija, il-widien jerġgħu jieħdu l-ħajja!", tikteb il-paġna. Xi ġmiel!


Kyle Zarb