Waqt il-podkast ta' Gwida.mt Kellymni, ħmistax ilu kellna lil Terry Muscat, li fost l-oħrajn tkellmet dwar il-faqar evidenti li hawn madwarna. Terry ssemmi kif hawn Malta hawn 130,000 persuna fil-faqar, u 90,000 li jidhru u li jafu bihom.

Terry ssemmi l-appell tagħha li kontinwament tagħmel fejn tisma' b'każijiet ta' faqar. Sa ftit ilu meta rat raġel rieqed barra. Terry tagħti l-kontribut tagħha wkoll biex tgħin lill-familji batuti, fosthom ommijiet bit-tfal.

"Batejt jien għax naf x'inhu waħdi, aħseb u ara mara b'tlett itfal, b'tifel wieħed, mara weħidha... hawn ħafna faqar iva... Din tweġġagħni ħafna... tweġġagħni li jċempluli ħafna nies u jgħiduli 'Terry tgħinhiex lil dik għax biex tagħmel duffrejha, biex tagħmel xagħarha, jkollha."

Segwi aktar hawn taħt: 


Gwida.mt