Ielna niġġieldu kontra din il-pandemija għal iktar minn sena u kulħadd għadu qed jippruva jaddatta għall-Covid-19 bil-mod tiegħu! Madankollu, xorta waħda għandna nħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv u niftakru li ħa jkollna futur aħjar mill-preżent li qed nesperjenzaw.

Il-kanzunetta ‘Tbissem’ kantata minn Ira Losco u Matthew James b’kollaborazzjoni mal-Gvern ta’ Malta, li mistennija toħroġ il-Ħadd li ġej, fil-25 t’April, saret bi ħsieb biex tferraħ lill-poplu Malti matul dan iż-żmien kiefer. Din il-kanzunetta, miktuba minn Kris Spiteri, tfakkarna wkoll li dan li qed nesperjenzaw huwa biss temporanju u għandna nittamaw li futur aħjar wasal fil-viċin.

Eċċitati biex tisimuha?

Ritratti: Owen Michael Grech


Shanice Ahar