Waqt il-podkast ta' Gwida Kellymni, Angie Laus tkellmet dwar l-argument li jaqilgħu bosta nies li fuq it-televiżjoni għadna naraw l-istess personalitajiet, u hemm min ilu ħafna snin fix-xena u għadu qed jidher. Angie tqajjem punt, dwar kemm jiswew dawn il-personalitajiet ta' esperjenza.

Melanie Kelly u Angie jaqblu dwar kemm mhux ġust meta dak li jkun jaħseb li mhux xogħol li tkun preżentatur jew taħdem fuq it-televiżjoni.

Minn hemm Angie ħarġet il-punt li, "Ħa nitkellem fuqi, jien għand i48 sena. Tista' timmaġina mmur fuq tabib, nurse, għalliema, avukat, segretarja, u ngħidilha, 'int għandek 48, issa dabbar għax irrid uċuħ ġodda.' Dan xogħli, għandi bżonn il-paga jien!"

Apparti minn hekk, issemmi li hi per eżempju qed tgħin tim sħiħ ta' żagħżagħ li dejjem qed jagħmlu progress fix-xena televiżiva u qed tagħtihom ħafna esperjenza. Angie ssemmi lil Xarabank u kemm għamel ġid, u bħala programm b'saħħtu, ħarġu diversi talenti fil-beraħ li llum il-ġurnata qed jaħdmu għal rashom.

"Taf kemm ħarġu nies minn Xarabank? Taf kemm ħarġu talenti li kieku ma kienx hemm Xarabank, ma kienx ikollna l-preżentaturi li qegħdin hemm?", tisħaq Angie. Fosthom hemm Mark Lawrence, Evelyn Saliba La Rosa, Abigail Mallia, Andrea, Michelle Muscat, u Angie Laus stess. 

Din ġrat anke waqt il-Malta Eurovision 2024, fejn apparti preżentaturi ta' esperjenza kbira bħal Carlo Borg Bonaci u Angie, kien hemm Jamie Cardona li ngħata ċ-ċans li jikber fis-settur. Segwi aktar hawn:


Gwida.mt