Il-kantanta lokali Krista Šujak kienet mistiedna waqt il-programm Sibtek fejn ma' Ryan u Josmar tkellmet dwar missierha u li għalkemm mhux minn Malta, xorta waħda tgħallem il-lingwa tagħna tajjeb ħafna.

"Jiena għandi missieri mill-Kroazja, ilu jgħix Malta aktar minn 20 sena. Jitkellem il-Malti sew, ġieli aħjar minni wkoll," tgħid Krista. Il-kantanta tgħid li tinsab kburija li kunjoma huwa wieħed mhux komuni f'Malta.

Issemmi wkoll kif meta jmorru l-Kroazja jduqu ikel tradizzjonali tal-Kroazja, għalkemm f'Malta mhux daqshekk. Segwu hawn taħt:

Facebook/ Bernice Šujak


Kyle Zarb