Il-preżentatur ta' Tek Tek Tok Luca Lorenzo spiċċa naqra fl-inkwiet din il-ġimgħa. Din id-darba ma' Sergio tad-drama popolari Gizelle li dan l-aħħar kienu qed jirrepetu fuq it-televiżjoni lokali.

Luca jridha tal-iktar preżentatur sexy li għandna f'Malta, avolja l-produttur tal-programm Ġino ħaseb li qed jitkellem fuq Davide Tucci, Ben Camille jew inkella Mark Laurence. Imma insomma... f'nofs programm kellu interruzzjoni minn Sergio, il-karattru popolari f'Gizelle li kien tassew iħossha. Jidher li dan il-karattru, karattru li jagħmel Carlos Farrugia, ħa għalih li ma kienx imsemmi fost l-aktar nies sexy f'pajjiżna.

Insomma daħlu aktar personalitajiet fl-istorja din il-ġimgħa! Aħna ħa nħallukom taraw l-episodju ta' din il-ġimgħa u taraw kif anke aħna ta' Gwida.mt spiċċajna ssemmejna!


Emil Calleja Bayliss