Bħal daż-żmien sena ilu smajna bit-talenti stupendi ta' diversi artisti, fosthom F.A.I.T.H. Dan il-grupp ta' kantanti kien qed jidderiġihom il-bravissimu Howard Keith Debono waqt il-vjaġġ tagħhom tal-X Factor. Din is-sena fadal aktar x'tisimgħu!

"Il-vidjo mużikali u dak li ser ikun imniedi fil-proċess... jikkoinċidi ma' sena mill-finali tat-tieni staġun ta' X Factor Malta" kiteb Howard dwar dak li F.A.I.T.H qed jippreparaw għall-pubbliku. Xeħet anke ritratt magħhom hekk kif hu qed jidderiġihom u jgħinhom fil-karriera mużikali tagħhom. 

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb