Ilbieraħ, Maria Curmi kellha ċ-ċans li ġewwa l-Ariston f'Sanremo l-Italja, tkanta l-kanzunetta Skyfall, kanzunetta li saret famuża grazzi għall-film li jġib l-istess isem tal-karattru popolari James Bond.

Hawn taħt tistgħu taraw il-filmat tal-interpretazzjoni tagħha mal-Orkestra Filarmonika ta' Sanremo li kienet immexxija mill-Mro. Mario Natale. Hi kkompetiet ma' 25 parteċipant ieħor. Maria Curmi fuq il-mezzi soċjali tagħha tikteb, "Tliet minuti indementikabbli. Dak il-palk, dik l-atmosfera. Nixtieq li għadni hemm! Grazzi minn qalbi tas-sapport tagħkom."

Nawguraw lil Maria kull suċċess. Pajjiżna rebaħ din il-kompetizzjoni darbtejn permezz ta' Destiny u Thea Aquilina, filwaqt li tul is-snin rebaħ ukoll premijiet oħra. Min jaf jekk Maria jirnexxiliex tkun fost ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta' din is-sena!


Emil Calleja Bayliss