Waqt il-programm Bundytime kienu mistednin kantanti lokali li rajniehom kemm-il darba fix-xena lokali - GIADA, Destiny u Federica Falzon. 

Lil GIADA għadna kif narawha riċentament waqt ir-raba' edizzjoni ta' Mużika Mużika bil-kanzunetta Imħabba Vera. Destiny rrappreżentat lil pajjiżna darbtejn, fil-JESC fl-2005 u fil-Eurovision Song Contest fl-2021. 

Federica Falzon irrappreżentat lil Malta fil-JESC 2014 bil-kanzunetta Diamond, u ħafna jiftakruha tirreċta f'sensiliet bħal DIVISION 7  u GAMEOVER.

Waqt Bundytime, GIADA u Federica ddedikaw kanzunetta lil Rocky. GIADA kantatlu Imħabba Vera u Federica kantatlu Fejn Tħobb Il-Qalb. Destiny ma tantx setgħet tkanta minħabba problemi fil-vuċi, però wkoll għamlitlu dedika lil Rocky!

Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb