Ilbieraħ assistejna għall-programm intens ieħor ta' Masterchef fejn rajna l-parteċipanti jsajru fil-kċina ta' Amami, fejn mistienda speċjali kellhom is-sharks li naraw fuq il-programm Shark Tank Malta.

F'mument minnhom deher il-kok Victor Borg jitkellem ma' Pia, fejn xħin ra f'mument li forsi kellha xi ftit paniku fuqha, qallha biex ma tibkix. B'leħen pjuttost żorr jinstema' jgħid, "Qegħdin ġo kċina... mhux qegħdin play school hawn."

Kienu ħafna li kritikaw il-fatt li lbieraħ fl-episodju l-kokijiet professjonali kienu kemxejn ħorox mal-parteċipanti iżda dawk li ġielu ħadmu fi kċina mill-ewwel irribattew u qalu li l-pressjoni tkun għolja ħafna u wieħed irrid jitgħallem jaħdem taħt pressjoni intensiva mmens.

Mhux kulħadd hu maqtugħ biex jaħdem fi kċina professjonali u fl-aħħar mill-aħħar il-programm qed biex juri l-kapaċità fil-kċina ta' wieħed minnhom biċ-ċans li jmexxu r-restorant tagħhom.

Il-programm tal-bieraħ ra lil Dale jinqala' mill-kompetizzjoni. Il-karattru ħelu ta' Dale ġibed is-simpatija iżda tul il-programm rajnieh kemxejn panikuż f'ċerti mumenti. Temmnu li Dale kien ħaqqu jmur id-dar?

Facebook / Masterchef Malta


Emil Calleja Bayliss