L-Isqof t’Għawdex Anton Teuma għamel omelija bi kliem mill-qalb fejn fiha appella li s-soċjetà tagħna għandha terġa' għall-valur i li kellha, u tmur lil'hinn mid-dinja materjalistika. 

Hu għamel id-diskors tiegħu waqt il-Pontifikal Solenni tal-Festa liturġika ta’ San Ġorġ Martri fit-23 ta’ April fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. "Qed ngħixu f'dinja li hi totalment materjalistika...", jisħaq waqt li jgħaddi l-appell tiegħu.

L-Isqof jitkellem dwar kemm il-ħajja saret mgħaġġla fost l-oħrajn kif ukoll jesprimi x-xewqa li madwarna jkollna nies mimlijin bl-imħabba lejn xulxin aktar minn bini sabiħ u irfinut.


Kyle Zarb