Ilbieraħ fuq NET TV fl-21:40 waqt Nisa ta' Suċċess mal-preżentatriċi Elaine Sammut, kellna lil Eileen Montesin! Eileen irrakkuntat diversi mumenti mill-passat, fosthom meta darba spiċċat waslet tard għal produzzjoni li ħadet sehem fiha!

Eileen dakinhar kellha tinżebaħ kollha sewda għall-parti li kienet se taħdem, u għaldaqstant diġà kien se jieħu naqra ħin mhux ħażin l-irtokk. Spiċċat ma' sħabha Għawdex qabel il-play, u l-ħin ġera biha!

"Niftakarni niġriha! Kulħadd bil-panik fuqu...kulħadd jaħseb li ġrali xi ħaġa!", tgħid Eileen. Fil-fatt spiċċat waslet siegħa tard għal din l-imbierka play...però spiċċat bit-tajjeb!

Araw aktar x'irrakkuntat Eileen dwar dakinhar!


Kyle Zarb