Wara li ħarġet statistika li żvelat kif f'pajjiżna għandna l-iktar tojlits pubbliċi neqsin mill-iġjene, filmat meħud ġewwa l-Għargħur issokta jixħet dawl fuq din is-sitwazzjoni.

"Ara veru hawn nies maħmuġin ta," sostna r-raġel li ħa dan il-filmat, hekk kif wera l-istat diżastruż li ħalliet warajha persuna li għamlet użu minn dan it-tojlit.

Matul il-filmat, ir-raġel ikkundanna l-aġir irresponsabbli ta' ċerti persuni li ma jieħdux ħsieb li jżommu ndafa fit-tojlits pubbliċi.

@ernesthili #gharghurmalta #maltapublictoilets #toilets #maltatoilets #malta #maltatiktok #malta🇲🇹 #maltafunny #maltanightlife #maltacomedy #maltatravel #maltaisland ♬ original sound - Ernest Hili

Qatt kellkom xi esperjenzi simili?


Cristian Tonna