L-esploratur Conrad Neil Gatt fl-aħħar vlog tiegħu ħadna mawra sa Notre Dame Gate, jew kif inhi magħrufa aħjar Bieb is-Sultan jew Il-Bieb ta' Ħaż-Żabbar. Jidher li kien mibni fis-Seklu 17, fi stil arkitettoniku Barokk, li jifforma parti mil-Linji tal-Kottonera.

hg

Conrad ilaqqagħna ma' Gabriel minn Wirt Artna, li jispjega aħjar dwar dan il-wirt storiku. Fil-vlog nidħlu u naraw il-passat u l-preżent ta' dan il-bieb. Nisimgħu aktar għaliex inbena, u x'kien l-iskop ewlieni tiegħu.

Conrad ġie mogħti aċċess speċjali għas-sala ċentrali Unika tal-bini u wkoll għall-kantina li hemm, bi storja twila warajha.

hg

Teżisti tip ta' kwistjoni sottili dwaru dan il-bieb, dwar jekk hux ta' Ħaż-Żabbar, ta' Bormla jew ta' Birgu. Kien hemm bosta reazzjonijiet għal dan il-vlog, kif ukoll kummenti ta' persuni kemm li jgħixu Malta, kif ukoll barra minn xtutna, fosthom fl-Amerika, li sabuha tant interessanti din il-mawra.

Ara aktar fil-filmat.


Kyle Zarb