Mario Azzopardi hu isem rinomat mad-dinja taċ-ċinema. Tlettin sena ilu, kien ġie mqabbad mill-istazzjon CBS sabiex jidderieġi 'Night Heat', serje kanadiża li kienet popolari ferm. Din is-serje kienet ibbażata fuq pulizija. 

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

"L-istazzjon CBS, bħala riċerka għal dan is-serje, kien bagħatni nagħmel ġimgħa ma’ żewġ detectives ta’ veru ġewwa New York. Kont noqgħod wara u niġri magħhom. Kont inqatta’ ġurnata sħiħa magħhom saħansitra nieklu d-donuts!" jgħidilna Mario. 

Dak iż-żmien kien jaffaxxina ruħu jara l-pulizija u l-ħajja tagħhom meta jmorru d-dar. "Minn hemm tgħallimt li jrid ikollok kuraġġ li tkun pulizija għax kulma tagħmel kont tkun qed tiċċappas bil-ħama tal-umanità. Il-ferħ il-pulizija ma jafhiex. Il-pulizija tiġi għandek meta jkollok l-għawġ biss għax ħlief problemi ma jarawx. Dan hu l-ispettur!"

Illejla tibda din id-drama! Titlifiex għax vera eċċezzjonali. Tixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-8:50 ta’ filgħaxija.

Night Heat / Youtube

L-Ispettur / Facebook


Anthony Baldacchino