L-itwal plejer Malti tal-basketball Samuel Deguara, ser ikun qed jibda jilgħab mat-tim ta' Hong Kong Bulls. Fil-fatt hu ser ikun ser ikun ambaxxatur tat-tim tagħhom.

Samuel jilgħab biss ma' Malta meta jkun hawn għal xi tournaments fis-sajf. Fost l-oħrajn lagħab anke fil-Logħob tal-Pajjjiżi ż-Żgħar. Samuel ilu jilgħab fl-Asja għal madwar erba' snin. 

Il-paġna uffiċjali ta' Hong Kong Bulls kitbet messaġġ għal Samuel biex jilqgħuh fit-tim.

"Aħna kburin li nħabbru li Samuel Deguara se jkun l-Ambaxxatur tal-Promozzjoni tal-Basketball Taurus ta' Hong Kong! Minbarra li jipparteċipa f'attivitajiet tal-kampus tat-tim, jinteraġixxi wkoll ma' kulħadd minn żmien għal żmien fil-belt jew saħansitra fit-toroq!"

Samuel xogħlu se jkun ukoll fl-iskejjel jippromwovi lit-tim tiegħu u l-isport inġenerali. Minn qalbna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nifirħu u nawguraw lil Samuel aktar suċċessi kbar!


Kyle Zarb