Waqt Illum ma' Steph dal-aħħar waħda mill-mistednin kienet Carmen Demicoli, omm il-preżentaturi Keith u Fabian. Carmen, mara li tgħin lil kulħadd u tħobb bla tarf, ħeġġet lill-ħabiba tagħha biex tieħu sehem fil-vjaġġ ta' makeover waqt Illum ma' Steph.

 Tant tapprezza lil Carmen u l-appoġġ li dejjem turiha bla waqfien, u dan stqarrietu meta kienet ser tħallilha messaġġ minn fuq it-televiżjoni. Il-pjan iżda kien li Carmen tagħtiha sorpriża bil-preżenza tagħha waqt il-programm.

Steph u l-mistiedna l-oħra tkellmu ma' Carmen dwar il-fostering u dwar dak kollu li għamlet biex illum qed trabbi tifel ta' 12-il sena u tistmah daqs Keith u Fabian.

Apparti minn hekk Steph u l-mistiedna kollha qablu kemm f'Carmen jaraw persuna li tkun hemm għal kulħadd u għandha mħabba kbira. Xtaqet tfakkar meta fi żmien il-pandemija kienet tagħmel il-programm mid-dar, Carmen kienet ta' sostenn u appoġġ kontinwu għaliha.

"Kont nagħmel il-programm mid-dar... kienet tgħidli, 'Ħa narak ta'. Ħa nkun miegħek. Taqtax qalbek." 

Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb