Il-preżentatur maħbub lokali Joseph Chetcuti, magħruf għall-programmi Araniissa u Brillanti se jkun qed jingħaqad ma' Melanie Kelly fuq Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida. Joseph se jkun qed jitkellem dwar diversi esperjenzi li għaddha minnhom tul is-snin, minn meta kien għadu tfal.
Ftit jafu li Joseph hu tewmi u jirrakkonta li l-ġenituri tiegħu qatt ma stennew li se jkollhom tewmin. Lil hinn minn dan kollu, hu jaqsam esperjenza li se tmiss il-qlub ta' dak li jkun. Esperjenza li għex meta mar il-missjoni, li baqa' jmur sena wara oħra.
Barra minn hekk, dejjem ikun hemm xi fatti interessanti li jseħħu minn wara l-kwinti u Joseph jaqsam wieħed li seħħ fl-aħħar sensiela ta' Brillanti meta kienu qed jiffilmjaw il-finali. Hu spiċċa xi seba' sulari għoli, ma jistax jiċċaqlaq minħabba problema teknika. X'ġara eżatt?
F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Joseph Chetcuti mill-viċin u se tiskopru kemm għandu mħabba kbira lejna il-proxxmu. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 10 ta' Frar, mit-20:00 'l quddiem.