Il-film The Lion King jibqa' wieħed klassiku u li jġib tant nostalġija għal ħafna minna. Kollox Beda fl-1994 bl-ewwel produzzjoni li qatt ġiet imnieda fl-istorja ta' dan il-film - The Lion King 1 Fl-2019 ħareġ il-film b'viżwali reali The Lion King, u issa jmiss Mufasa: The Lion King.

L-eċċitament qed jiżdied għal ħafna hekk kif id-data meta ħa joħroġ il-film Mufasa: The Lion King tkompli toqrob. Immexxi minn Barry Jenkins u miktub minn Jeff Nathanson, il-film animat fotorealistiku ser jkun prequel tal-film tal-2019.

Il-film se joħroġ fl-20 ta’ Diċembru, aktar tard din is-sena. Irrakkontat minn Rafiki lil Kiara, it-tifla ta’ Simba u n-neputi ta’ Mufasa, il-karattru juri diversi mumenti miż-żgħożija ta’ Mufasa u l-avventuri li sawruh.

Il-film jeħodna għall-bidu ta' ħajjet Mufasa u l-vjaġġ tiegħu biex isir ir-Re kif nafuh aħna. Ħerqana biex issegwu?

Facebook/ Mufasa: The Lion King


Kyle Zarb